Happy Parenting - Malta (for Happier Children) committee@happyparentingmalta.com (+356) 7760 3330# Parental Alienation included in the PL Manifesto Happy Parenting - Malta (for Happier Children) [HMP4HC] reports on the uptake of Parental Alienation in the PL manifesto. HPM4HC has made various recommendations regarding changes in both the family law and family court procedures for over three years. The proposals will strengthen children in separating households, furthering their right to enjoy the presence and love of both parents. The proposals lessen the fear and insecurity that are creating financial and psychological stress escalating to mental health issues, sometimes ending with drastic permanent consequences. Children are the future and the prime investment to ensure healthy and happy families, the well being of the community, the state and our future society. We appreciate that both PL and ADPD mentioned the concept of shared parenting in their Manifesto. It is a positive way forward that we invest more in social care including the recognition, prevention and tangibly addressing Parental Alienation. 112 Norganizzaw kampanja informattiva mmirata għat-tfal dwar id-drittijiet tagħhom u nniedu verżjoni child-friendly ta’ liġijiet li jipproteġu l-interessi tagħhom f’każ t’abbuż, separazzjoni u parental alienation. 112 Organize an information campaign aimed at children about their rights and launch a child-friendly version of laws that protect their interests in case of abuse, separation and parental alienation. 113 Jeħtieġ li jkollna tisħiħ legali li jirrikonoxxi l-perikli tal-parental alienation biex it-tfal ma jinqatgħux minn mal-ebda ġenitur. Jissaħħu s-salvagwardji legali, sabiex fejn ikun fl-aħjar interess tat-tfal, iż-żewġ ġenituri jqattgħu l-istess ammont ta’ ħin ma’ wliedhom meta dawn ma jkunux qed jgħixu fl-istess dar. 113 We need to have legal reinforcement that recognizes the dangers of parental alienation so that children are not cut off from any parent. Legal safeguards are strengthened, so that where it is in the best interests of the children, both parents spend the same amount of time with their children when they are not living in the same household. 886 Ngħinu familji li jkunu għaddejjin minn żmien diffiċli sabiex jaslu għal qbil bejniethom fi żmien raġonevoli u mingħajr spejjeż żejda. Naraw li nsaħħu l-medjazzjoni fil-Qrati tal-Familja bil-għan li l-proċessi jieħdu anqas żmien. 886 We promise to help families who may be facing a hard time so they may reach a point of mutual consent within a reasonable timeframe without having to incur hefty expenses. We seek to enhance mediation services within the Family Court aiming to shorten the time span of the proceedings. 887 Issir reviżjoni sħiħa tal-proċedura użata quddiem il-Qorti tal-Familja biex ħadd ma jitħalla jtawwal il-proċeduri inutilment u jkun hemm ġustizzja effettiva, effiċjenti u fl-aqwa interess tal-minuri. 887 The Family Court procedures are to be revised so that no one will be allowed to delay such procedures unnecessarily and that effective and efficient justice be practised in the best interest of the children 888 Il-Kumitat Tekniku tal-Parental Alienation li twaqqaf fl-2021 ser ikompli jaħdem fuq soluzzjonijiet leġiżlattivi biex dan il-kunċett jingħata importanza akbar fil-qrati. Il-kunċett tal-avukat tat-tfal jibqa’ jiġi żviluppat sabiex il-minuri jkollhom rappreżentanza legali tul il-proċeduri sħaħ quddiem il-Qorti tal-Familja. 888 The Parental Alienation Technical Committee, set up in 2021, will continue to work on legislative solutions to give greater importance to this concept in the courts. The concept of a child advocate continues to be developed so that minors have legal representation throughout the proceedings before the Family Court. Parental Alienation imsemmiha fil-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista Happy Parenting - Malta (For Happier Children) [HMP4HC] tinnota b’apprezzament li diversi rakkommandazzjoniet dwar Parental Alienation li għamlet dawn l-aħħar 3 snin ġew inklużi fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista. Il-proposti se jservu f’tisħiħ fil-familja fejn tfal li sfortunatament jitrabbew b’ġenituri separati jgawdu minn trobbija attiva taż-żewġ ġenituri ndaqs u b’hekk jieħdu t-tajjeb u l-għożża taż-żewġ ġenituri. Dawn il-proposti jsarrfu wkoll li titnaqqas l-inċertezza u l-biża’ li joħloq problemi finanzjarji serji u anki dawk ta’ saħħa mentali, tbatija kbira u konsegwenzi ħorox kemm fit-tfal u kemm fil-ġenituri. It-tfal huma l-futur u wkoll l-ikbar investiment li jsarraf f’familji, komunità u pajjiż b’saħħithom. Irridu napprezzaw li kemm il-PL u l-ADPD fil-Manifest tagħhom semmew il-kunċett ta’ trobbija ndaqs. Tajjeb li ninvestu aktar fil-Ħarsien Soċjali b’mod ġenerali u tingħata wkoll attenzjoni lill-għarfien u prevenzjoni mill-Parental Alienation, b’soluzzjonijiet tangibbli għall-problema.