Happy Parenting- Malta (For Happier Children) - Logo

Jerġgħu jibdew il-korsijiet ta’

Happy Parenting – Malta (For Happier Children)

B’kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali

Dan is-sajf sponsorjati mill-Kunsill Lokali Gżira

Happy Parenting – Malta (For Happier Children) għandha żewġ taqsimiet, waħda dwar Parental Alienation u oħra dwar Klabb Soċjali b’attivitajiet għall-familja kollha.

Il-Klabb Soċjali jinkludi fih korsijiet qosra dwar suġġetti varjati, b’kollaborazzjoni ma’ diversi Kunsilli Lokali f’Malta u f’Għawdex. Uħud mill-korsijiet isiru f’żewġ lezzjonijiet, fuq firxa ta’ 6 sigħat. Oħrajn huma ftit itwal. Ara l-lista meħmuża. L-instructors huma membri ta’ Happy Parenting – Malta (For Happier Children). Waqt il-lezzjonijiet jingħata tagħrif qasir dwar il-ħidma tal-NGO.

Għal dan is-sajf il-korsijiet qed isiru mal-Kunsill Lokali tal-Gżira, bil-kollaborazzjoni sħiħa tas-Sindku Conrad Borg Manchè li hu wkoll wieħed mill-kelliema f’isem Happy Parenting – Malta (For Happier Children). Il-korsijiet huma mingħajr ħlas peress li jisponsorjahom il-Kunsill Lokali. Tingħata prijorità lill-applikanti li joqogħdu l-Gżira. Il-korsijiet se jibdew f’Lulju u jkomplu sal-bidu ta’ Ottubru 2021.

Il-korsijiet fil-Gżira jsiru fil-Kunsill Lokali nhar ta’ Sibt bejn it-8am u l-11am. Ikunu gruppi żgħar. Dawn jinkludu First Aid, Malti bażiku, Diżinn u skultura, Ganutell u fjuri tad-drapp, Ħjata, Macramè, Restawr u kura tal-għamara u materjali oħra. Jingħata ċertifikat ta’ parteċipazzjoni.

Biex tibbukkja: 77603330 jew idħol fuq HappyParentingMalta.com/courses.

Happy Parenting- Malta (For Happier Children) - Logo

Happy Parenting – Malta (For Happier Children)


is resuming its courses in collaboration with Local Councils

This summer the courses are being sponsored by Gżira Local Council

Happy Parenting – Malta (For Happier Children) has 2 main sections, one focussing on Parental Alienation issues and the other one about the family Social Club.

The Social Club organises events and short courses about various subjects, in collaboration with the Local Councils in Malta and Gozo. Some of the courses are very short, only 6 hours split over two sessions. Other courses are longer as per attached chart. The instructors are members of Happy Parenting - Malta (For Happier Children). Brief information about the NGO services is given during the sessions.

This summer, the courses are being held at Gżira in collaboration with Mayor Conrad Borg Manchè, who happens to be one of our NGO speakers. Priority will be given to applicants who are Gżira residents. The summer courses are scheduled to run between July to September 2021. The courses will be held on Saturdays 8am-11am at the Gżira Local Council premises.

The number of participants is limited to small groups. Registration will be on a first come, first served basis. The topics include: First Aid, Basics of the Maltese Language, Design and Sculpture, Ganutell and Textile flower making, Sewing, Macramè, Restauration and Care of Furniture and other material. A certificate of attendance will be presented to all participants.

Booking: 77603330 or HappyParentingMalta.com/courses.

Happy Parenting - Malta (For Happier Children)
HappyParentingMalta.com